Wednesday, July 24, 2024

Bidliet li jkomplu jilqgħu għar-realtajiet tal-lum

– Dr Lydia Abela f’diskussjoni dwar l-irwol tal-Omm

Aqra wkoll

F’diskussjoni bit-tema ‘Niċċelebraw l-irwol tal-Omm’, u li fiha qamu diversi suġġetti differenti marbuta mal-familja, indirizzat il-laqgħa Dr Lydia Abela. Mart il-Prim Ministru sostniet li rridu nkomplu nġibu bidliet li jilqgħu għar-realtajiet tal-lum. Sostniet li l-irwol tal-omm għandu tifsira wiegħsa.

Dr Abela spjegat kif l-omm tfisser imħabba, responsabbiltà, rispett u ħarsien. Qalet li dawn huma valuri sbieħ li jitfakkru wkoll f’Jum l-Omm. “L-omm li tindokra lil uliedha jeħtieġ tibqa’ tiġi appoġġjata,” saħqet Lydia Abela hi u tirrimarka li bil-kelma omm ma għandniex biss nifhmu s-sens tradizzjonali imma anki l-omm fid-diversi forom tagħha. 

Waqt id-diskussjoni tkellmu diversi personalitajiet dwar esperjenzi differenti, titjib li raw b’appoġġ lejn l-omm u inizjattivi oħra li jixtiequ jaraw fis-soċjetà. Il-kelliema bi sfond tal-ħajja differenti kienu jvarjaw minn professjonisti fil-qasam tas-saħħa, għal edukaturi, foster parents, ġenituri li huma involuti fil-qasam tad-diżabilità għal sidien nisa ta’ negozji u anki sidien ta’ Childcare Centre.

Dr Lydia Abela semgħet l-esperjenzi rakkontati u filwaqt li saħqet dwar kemm l-ommijiet għandhom x’jagħtu fis-soċjetà tagħna, hija sellmet l-ommijiet kollha li ħallew marka pożittiva fuq in-nies. Sostniet li diskussjoni ħajja hi importanti biex inkomplu nixprunaw bidliet importanti fis-soċjetà.

Ekonomija

Sport