Tuesday, December 24, 2024

“Bil-kredenzjali li għandna nistgħu nibqgħu nuru li l-PN jista’ jkun fit-tmun” – Il-Viċi Kap tal-PN David Agius

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tiegħu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius qal li “dak li tiżra’ taħsad” u l-avvenimenti li ġraw din il-ġimgħa juru l-kuluri vera tal-Partit Nazzjonalista u l-kuluri vera tal-Partit Laburista.

Agius qal li fuq naħa rajna lil Roberta Metsola tikseb l-akbar ammont ta’ voti biex tinħatar bħala t-tielet President tal-Parlament Ewropew.

Huwa qal li fuq in-naħa l-oħra hemm Partit Laburista li għandu eks Kap li ntbagħtu għandu l-Pulizija. “Inħalluh lill-PL u dak jarawh in-nies imma aħna nibqgħu naħdmu”.

David Agius qal li Partit Nazzjonalista fil-gvern jista’ jkun it-tama ġdida ta’ tmexxija serja permezz tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Huwa temm jgħid li jeħtieġ li jibqgħu magħqudin biex fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin jibqgħu juru li l-Partit Nazzjonalista bil-kredenzjali li għandu, bil-ħidma u l-perseverenza tiegħu verament jista’ jkun fit-tmun tal-pajjiż.

Ekonomija

Sport