Friday, April 26, 2024

Darts: Qormi Hockey Club A ikomplu bil-mument pożittiv

Aqra wkoll

Qormi Hockey Club A komplew għaddejjin bit-triq tar-rebħ hekk kif għelbu lil PO’s Bar bl-iskor ta’ 5-3 sabiex baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts.
Minkejja li sabhom ruħhom minn taħt, il-plejers minn Ħal Qormi kienu tajbin biżżejjed sabiex jibqgħu kalmi u eventwalment idawwru l-iskor favurihom u jiksbu  s-sitt rebħa staġjonali. Minkejja t-telfa, it-tim mill-Gudja ta wirja tajba u baqgħu jżommu l-pass mal-avversarji sal-aħħar.  

Ħamrun Education komplew isegwu lil-liders meta f’logħba diffiċli għelbu lil Floriana Ajax A 6-2. Dawn tal-aħħar għall-ewwel bdew iżommu l-pass mal-avversarji għalkemm lejn l-aħħar kienu l-Ħamruniżi li daħku l-aħħar daħka.  

Ħamrun Bayern A baqgħu jżommu l-mument pożittiv tagħhom wara li għelbu lil Manchester Conquest Pub 6-2 filwaqt li Sliema Inter DC għelbu lil Floriana Ajax B 5-3.  

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Top Gun Bar ixxalaw u rebħu 8-0 lil St Peter’s Band Club filwaqt li anke Munchies Bar u Ħamrun Bayern B irreġistraw rebħiet tajbin ta’ 6-2 u 5-3 kontra Whyte Hart u Żurrieq FC rispettivament.  

Finalment mit-tielet diviżjoni, Banda Birżebbuġa ftit sabuha faċli kontra Beland għalkemm xorta rebħu 5-3. Qormi Hornets għelbu lil Cox Bar bl-istess skor filwaqt li Fgura A kisbu tliet punti fuq Mqabba tal-Ġilju wara riżultat ta’ 6-2. Education Bar Ladies taw sfida denja lil Mqabba FC għalkemm xorta waħda ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 5-3.  

Sport