Wednesday, April 24, 2024

Imutu seba’ persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 5,761.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 273 każ ġdid filwaqt li 1,431 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 93, b’sitta minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 532 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu żewġt irġiel ta’ 86 sena u ieħor ta’ 89 sena, u  erba’ nisa li kellhom 74, 81, 86 u 89 sena rispettivament waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sas-Sibt b’kollox ingħataw 1,193,682 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 321,351 li huma dożi tal-booster.

Sport