L-iżvilupp teknoloġiku li f’dawn l-aħħar snin kien fuq fomm ħafna huwa dak tal-intelliġenza artifiċjali. Dan qed ikun suġġett mhux nieqes mid-dibattitu anke f’Malta, dwar jekk dan jekk hux ta’ gwadann jew tfixkil.
Il-fundatur ta’ Microsoft Bill Gates qed isostni li l-intelliġenza artifiċjali hija aktar ta’ għajnuna milli tfixkil fil-kisba tal-għanijiet tal-klima. Dan minkejja t-tħassib li qiegħed dejjem jikber fir-rigward ta’ provvisti tal-enerġija ekoloġika.
Gates qal dan lill-ġurnalisti, fejn kompla jispjega li l-AI se tippermetti li l-pajjiżi jużaw inqas enerġija, permezz tal-użu tat–teknoloġija u l-grids tal-elettriku aktar effiċjenti.
Gates qal lill-ġurnalisti f’konferenza f’Londra organizzata mill-fond tiegħu magħruf bħala Breakthrough Energy li hemm kumpaniji tat-teknoloġija li jinsabu serjament lesti li jħallsu żejjed biex jużaw sorsi ta’ elettriku nadif, bil-għan li jagħmlu użu minn enerġija ħadra.
Il-fond ta’ Gates, magħruf bħala Breakthrough Energy, investiet f’aktar minn 100 kumpanija involuti fit-tranżizzjoni tal-enerġija. Gates huwa wkoll investitur kbir fl-AI permezz tal-Gates Foundation Trust, li tinvesti madwar terz tal-ġid tagħha ta’ $77 biljun f’Microsoft.
Gates wissa li minkejja l-avvanzi fl-AI u t-teknoloġija tal-elettriku ekoloġiku, id-dinja x’aktarx li titlef il-miri klimatiċi tagħha tal-2050 sa 15-il sena minħabba li l-ammont ta’ elettriku ekoloġiku meħtieġ biex jitneħħew gradwalment il-fjuwils fossili.
Spejga li d-dewmien fil-bidla għall-enerġija ekoloġika jista’ jfixkel id-dekarbonizzazzjoni tas-setturi li jniġġsu, inkluża l-industrija tqila, u jagħmel mira tal-2050 biex jintlaħqu żero emissjonijiet netti aktar diffiċli biex jintlaħqu.
Gates qal ukoll; “Ninkwieta, b’mod ġenerali, li l-ammont ta’ green energy li għandna bżonn għat-tranżizzjoni mhux se jidher malajr daqs kemm għandna bżonn”.
It-twissija ta’ Gates waslet ġimgħa wara li rapport globali sab li, minkejja żieda rekord fl-enerġija rinnovabbli fl-2023, il-konsum tal-fjuwils fossili tela’ wkoll għal rekord ġdid bħala riżultat ta’ domanda li dejjem qed tiżdied.