Saturday, May 4, 2024

Bint midwife fi sptar f’Mariupol titlob li ommha għadha ħajja

Aqra wkoll

Mariia Moskalenko, mara Ukrena ta’ 28 sena minn Mariupol, kienet telqet minn din il-belt flimkien ma’ ħuha fit-3 ta’ Marzu, b’ommha u missierha li ddeċidew li jibqgħu hemm. Bħalissa hija tinsab inkwetata ferm dwar ommha li taħdem midwife f’din l-istess belt, hekk kif din il-ġimgħa stess sar attakk fl-isptar Ukren li taħdem fih hi, attakk li ħalla tliet min-nies mejta u għadd ta’ nies midruba.

L-aħħar kuntatt li kellha Moskalenko mal-ġenituri kien biss ftit sigħat qabel ma twettaq dan l-attakk atroċju u mhix ċerta jekk ommha kinitx xogħol l-isptar meta beda dan l-attakk. Hija stqarret b’dispjaċir li “Bħalissa ma nistax nikkuntattjahom għax huma jċemplu meta jkollhom connection”, u allura hija qed tittama li forsi ma ddumx ma tisma’ xi ħaġa mingħandhom. 

Minkejja li l-President Russu Vladimir Putin kontinwament qed jiċħad li l-forzi Russi għandhom fil-mira tagħhom l-infrastruttura, l-evidenza turi mod ieħor. 

F’għajnejn il-Ministru Russu għad-Difiża, l-Ukreni qed jużaw dan l-attakk sabiex ixewxu lill-pajjiżi tal-Punent kontra r-Russi.

Sport