Birkirkara …….3
Gzira United …2
Wara d-draw diżappuntanti ta’ 1-1 kontra Gudja United, Birkirkara rritornaw għar-rebħ meta għamlu dan b’mod drammatiku, hekk kif għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 3-2.
Kienu Bikrirkara li fetħu l-iskor proprju fil-11-il minuta meta Andrei Ciolacu għadda lejn MAXUELL MAIA li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa.
Gzira wieġbu fis-36 minuta meta Thaylor Aldama kellu x-xutt angolat fil-baxx li ntemm ftit barra.
Huma komplew jippressaw u fil-45 minuta, wara li rċieva minn cross mil-lemin, Lucas Macula, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit għoli.
Fl-54 minuta, xutt mid-distanza ta’ Ali Diakite għal Birkirkara għadda ftit barra.
Fis-67 minuta, huma rduppjaw meta kuntrarju għall- azzjoni li wasslet għall-ewwel goal, din id-darba kien Maxuell Maia li pprovda l-assist lil ANDREI CIOLACU li avvanza u permezz ta’ xutt fil-baxx ma żbaljax.
Iżda Gzira wettqu reazzjoni mmedjata u ta’ dan ġew ippremjati meta żewġ minuti biss wara naqqsu l-marġni tal-iskor meta LUCAS MACULA qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Pollakk, Marcel Zapytwoski, li nqabad barra minn postu.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-86 minuta ġabu l-iskor indaqs meta Macula xeħet cross għan-nofs u fit-tentattiv li jantiċipa l-ballun, Jovan Pajovic tefa’ fix-xibka tiegħu stess biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.
Wara dan il-goal, il-Gżirjani mtlew b’kuraġġ kbir u proprju żewġ minuti wara, Macula xeħet cross fejn Hytem Kabar kellu x-xutt tiegħu mdawwar f’corner minn Zapytowski.
Madankollu kien għad fadal aktar drama meta fil-ħin miżjud, u kontra x-xetra tal-logħob, Birkirkara skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta ALI DIAKITE avvanza tajjeb fil-kaxxa u b’intuwizzjoni naturali għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Darijan Zarkov.
bIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowsksi, 4-Jovan Pajovic, 5-Enrico Pepe, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 25-Neil Micallef, 77-Ali Diakite, 91-Maxuell Maia (70-Omar Elouni 88), 99-Andrei Ciolacu (7-Adailton Queiroz 88) – Coach: Brian Chetcuti
GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Andrew Borg (47-Brooklyn Borg 76), 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias (15-Hytem Kabar 84), 11-Lucas Macula, 20-Farid Romero Zuniga (Ryan Essaka 83), 23-Ewertton, 93-Thiago Espindola – Coach: Darren Abdilla
REFEREE: Andrea Sciriha
ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Malcolm Spiteri
SKORER: M. Maia 11, A. Ciolacu 67, A. Diakite 95 (B), L. Macula 69, J. Pajovic 86 og (GU)
AMMONITI: E. Pepe, K. Zammit, A. Diakite (B), L. Macula, F. R. Zuniga (G)