Monday, May 20, 2024

Sirens jirreġistraw l-ewwel rebħa

Aqra wkoll

Gudja United ………. 1

Sirens ……………………..2

Sirens irreġistraw l-ewwel rebħa tal-istaġun wara li dawru l-iskor għal 2-1 kontra Gudja United biex dawn tal-aħħar huma l-uniku team li għadu mingħajr reb­­ħa fl-ogħla diviżjoni wara l-11-il ġurnata.

B’dan ir-riżultat, issa dawn iż-żewġ timijiet qed jaqsmu l-aħħar post flim­kien ma’ Sta Lucia, b’sitt punti iżda l-Luċjani lagħbu partita inqas li jirkuprawha llum kontra Hamrun Spartans.

Fis-17-il minuta Gudja United tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta  ngħataw penalty iżda Gabriel Mensah kellu t-tentattiv tiegħu mill-11-il metru salvat mill-goalkeeper, Andrea Cassar.

Dan sabiex għaxar minuti wara Gudja United fetħu l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ ABOU TOURE.

Gudja United komplew jattakkaw biex  ifittxu t- tieni goal u  man-nofsiegħa lo­għob Shaisen Attard kellu xutt mill-viċin, b’Cassar isalva tajjeb.

Żewġ minuti wara, Shai­sen Attard  kellu xutt minn barra l-kaxxa li ġie salvat tajjeb għal darb’oħra minn Cassar.

Il-Gudjani komplew fuq l-offensiva u fis-36 minuta resqu viċin meta l-kanunata ta’ Aboue Toure ġiet imċaħħda mill-wieqfa, bid- difiża ta’ Sirens tikklerja l-ballun f’sigurtá.

Fit-53 minuta, Sirens kisbu d-draw permezz tas-sostitut DANIEL AGIUS li b’xutt fil-baxx ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Sozer isalva.

Fis-66 minuta, Sirens skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ penalty  li inkariga minnu KWASI DONSU li ma żbaljax.

Sirens baqgħu jammi­nistraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Gudja U.: 1-Izzet Sozer, 5-Brenner Armando, 8-Sean Cipriott, 9-Santiago Angulo (Gianluca Zammit 85), 10-Shaisen Attard (19-Mathias Conti 74), 13-James Arthur, 17-Gabriel Mensah, 30-Karl Micallef, 39-Zak Grech (23-Neil Tabone 74), 77-Abou Toure, 88-Mirko Esposito (7-Gianluca Lorenzoni 85) – Coach: Jesmond Zammit

Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Tiago Almeida, 5-Prosper Boakye, 8-Nicholas Pulis, 9-Jonathan Perea (96-Daniel Agius 46), 18-Mohammed Akadom (77-Jean Borg 89), 22-Alex Cini, 23-Bismark Asare, 26-Sacha Borg, 29-Kwasi Donsu, 31-Degran Jackson – Coach: Steve D’Amato

Referee: Ezekiel Barbara

Ass. Referees: Vasil Vasilev, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic

Skorers: A. Toure 27 (G), D. Agius 53, K. Donsu pen. 68 (S) 

Ammoniti: A. Cassar, S. Borg (S), A. Toure (G)

Player tal-Logħba: Daniel Agius (S)

Sport