Saturday, May 4, 2024

Il-partita bejn Bournemouth u Luton kellha titwaqqaf wara inċident gravi

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, il-partita bejn Bournemouth u Luton Town kellha titwaqqaw minħabba li l-captain ta’ Luton, Tom Lockyer, ħassu ħażin u waqa’ mal-art.

Huwa mill-ewwel  ingħata attenzjoni medika filwaqt li players taż-żewġ timijiet, ixxukkjati b’dak kollu li qed jaraw quddiemhom, ġew ordnati biex jidħlu fid-dressing-rooms.

Wara ftit minuti, Lockyer inħareġ fuq stretcher fost iċ-ċapċip taż-żewġ settijiet ta’ partitarji.

Sa dak il-ħin l-iskor kien dak ta’ 1-1. Kien Elijah Adebayo li fetaħ l-iskor għal Luton wara tliet minuti iżda Dominic Solanke (58) kiseb id-draw għat-team ospitu.

Chelsea v Sheffield U. – Chelsea rritornaw għar-rebħ meta ospitaw lil Sheffield United u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0.

Iż-żewġ goals waslu fit-tieni taqsima minn Cole Palmer (54) u Nicolas Jackson (61).

Man City v C. Palace – F’darhom, Manchester City  waqqgħu żewġ punti fid-draw ta’ 2-2 kontra Crystal Palace wara li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Jack Grealish (24) u Rico Lewis (54) iżda Jean-Philippe Mateta (74) Michael Olise (95 pen) salvaw ir-riżultat għall-Palace.

Newcastle v Fulham – Newcastle għelbu lil Fulham 3-0, b’goals minn Lewis Miley (57), Miguel Almiron (67) u Dan Burn (82) wara li Fulham kellhom lil Raul Jimenez (22) imkeċċi.

Nottm F. v Tottenham – Fil-partita li ntlagħbet il-Ġimgħa, barra minn darhom Tottenham għelbu lil Nottingham Forest 2-0, permezz ta’ Richarlison (45) u Dejan Kulusevski (65) minkejja li kellhom lil Yves Bissouma (70) imkeċċi.

Sport