Birkirkara ……5
Balzan ………..2
Minn Cristian Muscat
Birkirkara, li spiċċaw fit-tieni post fl-Opening Round, kellhom bidu mill-aktar pożittiv fil-Closing Round meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 5-2.
Huma fetħu l-iskor wara biss tmien minuti meta minn azzjoni ta’ corner ta’ Alex Da Paixao Alves, MAXUELL MAIA, xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Peró, fit-22 minuta, Balzan kisbu d-draw meta Diemji Awosnya għadda lejn ALEXANDER AYO AKPAN li għeleb lil Sandona fuq il-ġirja, avvanza u xeħet il-ballun fix-xibka.
Fl-40 minuta Balzan appellaw għal penalty meta Akpan deher jiġi mwaqqa’ fil-kaxxa meta pprova jantiċipa cross l-ballun iżda r-referee, Philip Farrugia, ħalla l-logħob għaddej.
Iżda ħames minuti wara huma ngħataw il-penalty meta ALEXANDER AYO AKPAN ġie mwaqqa’ fil-kaxxa minn Alessandro Coppola u l-istess player xeħet lill-goalkeeper, Giacomo Volpe, fuq in-naħa l-ħażina mill-11-il metru.
Iżda fis-56 minuta, il- Karkariżi għamlu l-iskor indaqs meta Lautaro Lacunza xeħet cross għan-nofs li sab lil Manuel Ignacio Morello li mill-viċin ma żbaljax.
Żewġ minuti wara Maxuell Maia ra d-daqqa ta’ ras tistampa mal-mimduda u mir-rebound Agustin Sandona għamel l-impossibbli u xeħet barra.
Fid-69 minuta, l-Istripes marru fil-vantaġġ meta Manuel Ignacio Morello xeħet cross lejn LEANDRO LAUTARO LACUNZA li spara l-ballun fix-xibka.
Ħames minuti wara, huma skorjaw ir-raba’ goal meta MAXUELL MAIA mill-viċin tefa’ fix-xibka b’lasti vojta u, fit-92 minuta, l-istess MAXUELL MAIA ssiġilla r-rebħa permezz ta’ penalty.
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Manuel Ignacio Morello, 5-Agustin Sandona, 7-Shaun Dimech (23-Shelom Magri 89), 8-Paul Mbong (93-Gislain Yikpe 46), 20-Alex Satariano, 24-Leandro Lautaro Lacunza, 27-Alessandro Coppola, 30-Nathan Cross (25-Neil Micallef 46), 91-Maxuall Maia (17-Kaiden Fenech 93), 99-Alex Da Paixao Alves (70-Laton 82) – Coach: Stefano De Angelis
BALZAN: 1-Dylan Ciappara, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 8-Nicholas Pulis (80-Marcel Lima 78), 10-Jan Busuttil, 14-Dimeji Awosanya, 17-Henri Braham Stanic, 23-Victor Blasco (77-Elvis Kamsoba 62), 24-Repo Malepe, 27-Alexander Ayo Akpan (11-Benjamin Hili 84), 42-Rafel da Silva Floro – Coach: Daryl Willard
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORERS: M. Maia 8, M. I. Morello 56, L. L. Lacunza 69, M. Maia 73, pen. 92 (Bk), A. A. Akpan 22, pen. 48 (Bz)
AMMONITI: A. Satariano, A. Coppola, S. Dimech (Bk), T. Caruana, A. A Akpan (Bz)