Friday, September 25, 2026
Home Sport Manchester City jinstabu ħatja fuq 114-il akkuża finanzjarja 

Manchester City jinstabu ħatja fuq 114-il akkuża finanzjarja 

0
49

Manchester City instabu ħatja fuq kważi l-akkużi kollha relatati ma’ ksur tar-regolamenti finanzjarji tal-Premier League. Skont sorsi li huma infurmati bil-każ, il-klabb instab ħati fuq 114 minn 115-il akkuża. Madankollu, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar is-sanzjonijiet, u Manchester City mistennija jappellaw.

L-akkużi jirrigwardaw allegat ksur li seħħ bejn l-2009 u l-2018. Il-Premier League akkuża lill-club li naqas milli jipprovdi informazzjoni finanzjarja preċiża, inklużi dettalji dwar pagamenti lil players u coaches. Il-club kien akkużat ukoll bi ksur tar-regoli tal-UEFA dwar il-Financial Fair Play (FFP) u tar-regoli tal-Premier League dwar il-profittabilità u s-sostenibbiltà (PSR). Manchester City dejjem ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet.

L-investigazzjoni bdiet wara li l-gazzetta Ġermaniża Der Spiegel ippubblikat dokumenti finanzjarji  tal-club f’Novembru 2018. Wara l-investigazzjoni, il-każ ġie riferut lil kummissjoni indipendenti biex tiddeċiedi dwar l-akkużi.

Manchester City qalu li l-proċess għadu għaddej u li l-club irrispetta l-proċess dovut matul dawn it-tmien snin. Il-club sostna wkoll li jemmen f’regolatur indipendenti, imparzjali u ġust.

Il-każ għandu wkoll rabta ma’ kwistjoni preċedenti mal- UEFA. Fl-2020, City ingħataw sospensjoni ta’ sentejn mill-kompetizzjonijiet Ewropej u multa ta’ €30 miljun. 

Il-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) annullat il-projbizzjoni ħames xhur wara, iżda sabet lis-City ħatjin li ma kkooperawx bis-sħiħ mal-investigazzjoni u imponiet multa ta’ £8.8 miljun.

Taħt is-sjieda ta’ Sheikh Mansour, is-City rebħu tmien titli tal-Premier League, erba’ FA Cups, seba’ League Cups u Champions League waħda.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here