Zabbar SP …….0
Birkirkara …….3
Minn Cristian Muscat
F’atmosfera mill-isbaħ f’Tony Bezzina Stadium f’Kordin, Birkirkara rritornaw għar-rebħ meta għelbu l-isfida ta’ Zabbar St Patrick bl-iskor ta’ 3-0.
Madankollu, għalkemm l- Istripes ħarġu fuq in-naħa rebbieħa u għamlu dan b’mod konvinċenti, wieħed ta’ min ifaħħar il-wirja taż-Żabbarin, li offrew oppożizzjoni denja speċjalment fl- ewwel taqsima.
Kienu ż-Żabbarin li ħarġu fuq l-offenisva u fit-12-il minuta Brian Ariel Gambarte għadda tajjeb lejn Starhinja Jovancic li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-vicin tgħaddi għoli.
Fid-19-il minuta Brian Gambarte ittanta xortih permezz ta’ xutt fil-baxx kważi minn tarf il-kaxxa.
Iżda, fl-34 minuta, kontra x-xejra tal-logħob kienu Birkirkara li fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, Agustin Sandona kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata parzjalment mill-goalkeeper żagħżugħ, Luca Camilleri, u mir-rebound pront kien MAXUELL MAIA, li minn taħt il-lasta matter siequ u tefa’ ġewwa, biex kompla jikkonsolida postu fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers bi 17-il goal.
Proprju fil-45 minuta, eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-Karkariż, Alessandro Coppola, kellu free-kcik fil-baxx devjat f’corner mid-difiża ta’ Zabbar, fejn għal ftit ma ġiex kommess auto-goal sfortunat.
Fis-60 minuta, Birkirkara ngħataw penalty meta Luca Camilleri waqqa’ lil Maxuell Maia fil-kaxxa u l-istess player ma żbaljax.
Fil-71 minuta huma ssiġillaw ir-rebħa meta Alex Satariano għadda lejn LAUTARO LACUNZA, li dar tajjeb u minn pożizzjoni ideali għeleb għal kollox lil Camilleri.
Sitt minuti wara, Zabbar ipprotestaw għall-penalty meta minn azzjoni ta’ freekick ta’ Gambarte, player ta’ Birkirkara deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, iżda r-referee Trustin Farrugia Cann ħalla l-logħob għaddej.
Fid-89 minuta, l-Istripes kienu għoddhom żiedu goal ieħor meta l-free-kick imdawwar ta’ Gaitan ġie salvat minn Camilleri. Zabbar SP: 1-Luca Camilleri, 5-Jake Micallef (9-Sean Gatt 76), 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan ilic, 17-Jurgen Pisani, 19-Diogo Joao Tavares (23-Gianluca Zammit 84), 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicius De Paiva, 30-Kristian Keqi (7-Liam Micallef 81), 95-Marcelo Barros Santos (31-Joao Perdro De Sa Mendonca 76) – Coach: Aniello Parisi
Birkirkara: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuell Morello, 5-Agustin Sandona, 7-Alex Da Paixao Alves (9-Kemar Reid 61), 8-Paul Mbong (6-Pablo Leonel Gaitan 79), 20-Alex Satariano (30-Nathan Cross 87), 24-Leandro Lautaro Lacuanza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 59-Stephane Makoma, 91-Maxuell Maia – Coach: Stefano De Angelis
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Vladimir Rizoski
SKORERS: M. Maia 34, pen. 61, L.L. Lacunza 71 (B)
AMMONITI: A. Satariano M. Maia (B), K. Keqi, G. Zammit (Z)