Wednesday, September 9, 2026
Home Sport Huwa maħsub li ntefqu aktar minn £100 miljun fil-każ tal-115-il akkuża kontra...

Huwa maħsub li ntefqu aktar minn £100 miljun fil-każ tal-115-il akkuża kontra Manchester City

0
49

Ġie żvelat li Manchester City u l-Premier League nefqu aktar minn £100 miljun kull wieħed fi spejjeż legali relatati mal-115-il akkuża finanzjarja kontra l-club. Is-City ġew akkużat fi Frar 2023 bi ksur tar-regolamenti finanzjarji tal-Premier League, iżda sal-lum għadu ma ngħata l-ebda verdett.

Dan il-każ huwa wieħed straordinarjament serju u kumpless, tant li verdett kontra s-City jista’ jkollu konsegwenzi kbar għall-bord tal-club. 

Min-naħa l-oħra, jekk il-Premier League jitlef il-każ, dan ikun ta’ imbarazzament kbir għall-organizzazzjoni minħabba l-ammont enormi ta’ flus li ntefqu. 

Il-każ jinkludi mijiet ta’ eluf ta’ biċċiet ta’ evidenza li jridu jiġu analizzati bir-reqqa. Is-smigħ formali dam madwar għaxar sa tnax-il ġimgħa u ntemm f’Diċembru 2024.

Fost l-akkużi hemm allegazzjonijiet dwar informazzjoni finanzjarja mhux preċiża u rapporti qarrieqa dwar il-pagi tal-players u l-coaches. Is-City komplew jiċħdu kollox.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Premier League Richard Masters qal li l-proċess dam aktar milli mistenni, iżda insista li għandu jitħalla jkompli b’mod indipendenti u kunfidenzjali. S’issa, ma ngħatat l-ebda indikazzjoni uffiċjali dwar meta se jitħabbar il-verdett finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here