Sunday, January 26, 2025

Birkirkara miżmuma minn Melita f’partita mimilja emozzjonijiet

Aqra wkoll

Birkirkara ……..1

Melita ………..…1

Minn Cristian Muscat

F’partita mill-aktar movimentata,  b’emozzjonijiet diversi u azzjonijiet diskuttibli, Birkirkara sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 minn Melita.

Birkirkara kellhom bidu tajjeb u wara biss erba’ minuti fetħu l-iskor meta Ma­xuell Maia approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża, dar mal-goalkeeper, Andrzej Lubik, qabel tefa’ l-ballun f’lasti vojta biex saħħaħ pos­tu fil-quċċata tal-lista tal-iskorers bi 15-il goal.

Iżda Melita wettqu reazzjoni u mal-kwarta logħob rebħu penalty meta Alessandro Coppola waqqa’ lil Andres Sanchez fil-kaxxa fost protesti mill-aktar voċiferi mill-players, diriġenti u partitarji tal-Istripes hekk kif skont huma l-foul kien seħħ proprju barra l-kaxxa.

Mill-11-il metru, ALAN BORG OLIVIER xeħet il- ballun fir-rokna tax-xibka bil-goalkeeper Giacomo Volpe, imur fuq in-naħa opposta.

U f’botta u risposta żewġ minuti biss wara, Birkirkara kienu għoddhom reġgħu marru fil-vantaġġ meta daqqa ta’ ras ta’ Kemar Reid  minn taħt il-lasti stampat mal-mimduda, b’Melita jeħilsuha ħafif.

Il-partita kompliet tisbieħ u fis-36 minuta, David Xue­reb, għal Melita kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni idea­li devjat f’corner.

Fil-45 minuta, il-Karkari­żi reġgħu ipprotestaw, din id-darba għall-goal imħassar ta’ Ignacio Manuel Morello li ġie ġġudikat f’pożizzjoni ta’ offside.

Fil-ħin miżjud, Melita tilfu ċans tad-deheb meta Andres Carlos Penha Da Costa xeħet cross li sab lil Andres Sanchez Camilo li iżda qud­diem Volpe ra lill-goalkeeper isalva b’mod stupend.

Fis-56 minuta, il-Karkariżi resqu viċin permezz ta’ free-kick li għadda ftit barra.

Fid-69 minuta, huma kel­lhom goal imħassar ieħor, hekk kif Kemar Reid xeħet fix-xibka iżda kien senjalat f’pożizzjoni ta’ offside.

Fl-74 minuta, Alexander Satariano falla minn pożizzjoni ideali biex prattikament din kienet l-aħħar az­zjoni denja tal-partita.

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe (19-Matthew Grech 79), 3-Ignacio Manuel Morello, 9-Kemar Reid, 13-Tomislav Papazov, 20-Alex Satariano, 25-Neil Micallef (93-Gislain Yikpe 79), 27-Alessandro Coppola, 30-Nathan Cross (4-Luis Mario Cordova 57), 59-Stephane Makoma, 77-Alex Da Paixao Alves, 91-Maxuell Maia   – Coach: Ste­fano De Angelis

MELITA: 12-Aleksander Lubik, 7-Karl Mohnani (6-Jean Pierre Attard 53), 9-Andre Carlos Penha Da Costa, 11-Alan Borg Olivier, 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 14-David Xuereb (21-Nick Cutajar 76), 15-Santiago Martinez, 25-Gareth Barone, 26-Kurt Bondin, 27-Andres Camilo Sanchez (23-Paul Galea Testaferrata 94), 29-Henrique Marcelino Motta   – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Matthew Degabriele

ASS. REFEREES: Jurgen Spi­teri, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Joseph Scerri

SKORERS: M. Maia 4 (B), A. Borg Olivier 16 pen (M)

AMMONITI: A. Coppola, N. Cross (B), K. Mohnani, K. Bondin, M. Van De Font Bovenkamp, D. Xuereb, C. A. Sanchez (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport