Birzebbuga St. Peter’s FC iffirmaw lill-attakkant Brażiljan, Yuri de Jesus Messias, qabel l-istaġun li ġej tal-VBET Malta Premier.
Wiċċ familjari fil-futbol Malti, Yuri jġib miegħu esperjenza kbira u rekord ippruvat ta’ ta’ goals. Minn meta ġie jilgħab f’Malta fl-2013, huwa lagħab ma’ Mosta FC, Msida St. Joseph, Naxxar Lions, Valletta FC, Gudja United, Gżira United, u Marsaxlokk FC, filwaqt li gawda wkoll perjodi barra minn Malta fl-Arabja Sawdija, il-Bahrain, u l-Ġappun.
Riċentement, Yuri kellu rwol ewlieni ma’ Valletta FC, fejn għen lill-klabb jikseb ir-rebħ tal-FA Trophy u l-Jubilee Cup, filwaqt li kompla juri l-kwalità, it-tmexxija, u x-xamma u l-istint tiegħu għall-goal.
Issa, Yuri jibda kapitlu ġdid bil-flokk ta’ Birzebbuga hekk huma se jkunu qed jilagħbu għall-ewwel darba fil-Malta Premier.
Fi staqqrija, Birzebbuga SP qalu li jinsabu kunfidenti li l-esperjenza, id-determinazzjoni, u l-kwalità tal-attakk ta’ Yuri se jkunu akkwist enormi għall-iskwadra matul l-istaġun li ġej.




