Wednesday, July 29, 2026
Home Sport Boċċi: Għaxaq jsaħħu posthom fil-quċċata hekk kif il-kampjonat jidħol f’fażi deċiżiva

Boċċi: Għaxaq jsaħħu posthom fil-quċċata hekk kif il-kampjonat jidħol f’fażi deċiżiva

0
2

Il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi kompla bit-18-il ġurnata tiegħu b’konfronti importanti li komplew jagħmlu l-klassifika aktar interessanti kemm fin-naħa ta’ fuq kif ukoll fiż-żona relegazzjoni. Għaxaq saħħew posthom fil-quċċata wara rebħa ta’ 21-6 fuq St. Peter’s Żabbar, filwaqt li Qormi San Bastjan għelbu lil Msida 21-4.

Żurrieq kisbu rebħa kbira ta’ 21-0 kontra Buġibba, filwaqt li Santa Venera għelbu liż-Żejtun 21-11. San Ġwann kisbu punt importanti barra minn darhom, b’rebħa ta’ 21-13 fuq Lija, filwaqt li Żebbuġ għelbu lil Birkirkara 21-7.

Hekk kif fadal biss ħames logħbiet għal tmiem it-tieni round, il-ġlieda għaċ-Championship Pool u kontra r-relegazzjoni qed tintensifika. Għaxaq jinsabu fl-ewwel post b’16-il punt, segwiti minn Msida bi 13-il punt u St. Peter’s Żabbar bi 12-il punt. Wara t-tmiem tal-kampjonat regolari jibdew il-play-offs, fejn l-ewwel klassifikat jgħaddi direttament għall-finali, filwaqt li t-timijiet li jispiċċaw mit-tieni sal-ħames post jikkompetu għall-post l-ieħor fil-finali.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI

Għaxaq 16, Msida 13, St Peter’s Żabbar 12, Żurrieq 11, Żejtun 10, San Ġwann, Lija 7, Birkirkara, Santa Venera 6, Buġibba, Qormi San Bastjan 5, Żebbuġ 4.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here