Wednesday, July 29, 2026
Home Sport Jingħata bidu għall-European Team Shield Championships 2026 f’Malta

Jingħata bidu għall-European Team Shield Championships 2026 f’Malta

0
7

Iċ-ċerimonja uffiċjali tal-ftuħ tal-European Team Shield Championships 2026 saret ilbieraħ filgħaxija fir-Royal Malta Golf Club, u tat bidu għal waħda mill-akbar kompetizzjonijiet internazzjonali tal-golf li qatt ospitat Malta. L-avveniment, organizzat mill-European Golf Association (EGA) bl-appoġġ ta’ SportMalta u b’kollaborazzjoni mal-Malta Golf Association, laqqa’ delegazzjonijiet minn 18-il pajjiż Ewropew, bil-parata tat-timijiet tkun il-qofol ta’ din is-serata.

Iċ-Chairman tar-Royal Malta Golf Club, Paul Stoner, ta merħba lill-parteċipanti kollha, filwaqt li Orla Kirby, f’isem l-EGA, indirizzat lill-udjenza u ddikjarat uffiċjalment miftuħa l-edizzjoni tal-2026 tal-kampjonati.

Malta se tkun rappreżentata kemm fil-kompetizzjoni tal-irġiel kif ukoll f’dik tan-nisa. It-tim tal-irġiel huwa magħmul minn Andrew Borg, Oliver Davis, JJ Micallef Verlest u l-captain Ruud Critien, filwaqt li t-tim tan-nisa jinkludi lil Eliana Buhagiar, Laya Cristina, Serena Falzon Sant Manduca, Filipps Schulze Doering u l-captain Noah Gratil.

Il-kompetizzjoni bdiet illum bl-ewwel rawnd tal-Individual Stroke Play u tkompli sal-1 ta’ Awwissu bir-rounds tal-Matchplay. Il-kampjonat huwa mistenni jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni ewlenija għall-isport internazzjonali u jagħti spinta oħra lill-iżvilupp tal-golf lokali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here