Monday, May 13, 2024

Birzebbugia jirbħu logħba sabiħa kontra Exiles

Birzebbugia……………..15 Exiles……………………….10 (5-2), (5-5), (3-2), (2-1)

Aqra wkoll

F’partita mill-isbaħ, Birzebbugia għelbu lil Exiles bl-iskor ta’ 15-10.

Birzebbugia rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals għalihom jaslu minn Balazs Erdelyi, Giuseppe Mannino, Ben Grech u Darko Brguljan (2), bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Matteo Martellacci. Valentino Gallo u Niki Paris wieġbu għal Exiles.

It-tieni sessjoni pproduċiet xejn inqas minn 10 goals u ntemmet fi draw ta’ 5-5, bl-iskorers għal Birzebbugia jkunu Balazs Erdelyi (2), Darko Brguljan (2) u Ben Grech minn man-up wara li tkeċċa Mark Fenech. Dan sabiex għal Exiles skorjaw Guillermo Molina (2), Valentino Gallo (2) u l-captain Kurt Griscti.

Birzebbugia rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Peter Borg (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Max Aquilina u Balazs Erdelyi. Max Aquilina minn man-up wara li tkeċċa Ben Grech u Kurt Griscti wieġbu għal Exiles.

Birzebbugia rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Ben Grech u Balazs Erdelyi. Guillermo Molina skorja l-unuku goal għal Exiles.

Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (2), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech (3), 5-Darko Brguljan (4), 6-Malcolm Manara, 7-Simeon Bezzina, 8-David Cuatjar, 9-Balazs Erdelyi (5), 10-Keith Tanti, 11-Giuseppe Mannino (1), 12-Miguel Curmi, 13-David Cleavon Borg, 14-Jacob Sciberras, 15-Dwayne Farrugia Coach: Pierre Borg

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Zak Cutajar Licari, 3-Zachary Micallef, 4-Valentino Gallo (3), 5-Guillermo Molina (3), 6-Sean Xerri De Caro, 7-Mark Fenech, 8-Kurt Griscti (2), 9-Niki Paris (1), 10-Matteo Martellacci, 11-Max Aquilina (1), 12-Niall Saliba (2), 14-Max Paris Roding, 15-Liam Pursehouse Coach: Simon Vassallo

Referees: Massimiliano Sponza, Alex DeRaffaele

Sport