Monday, May 13, 2024

Valletta jikkonvinċu u jegħlbu lil Marsaskala

Valletta……………….19 Marsaskala……………7 (5-2), (2-0), (5-5), (5-2)

Aqra wkoll

Valletta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 17-9.

Il-Beltin rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals għalihom jaslu minn Kieyan Borg minn man-up wara li tkeċċa l-veteran Paul Privitera, Ivan Nagaev (2) bit-tieni goal għalih jasal minn penalty, Andrija Vlahovic u Jayden Cassar minn man-up wara li tkeċċa Jean Claude Cutajar. Jake Ciantar irreġistra doppjetta personali għall-Iskalin.

Valletta rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Andrija Vlahovic u Kieyan Borg.

It-tielet sessjoni pproduċiet xejn inqas minn 10 goals hekk kif din intemmet fi draw ta’ 5-5, bl-iskorers għal Valletta jkunu Ivan Nagaev (3), bit-tielet goal għalih jasal minn penalty, Daniel Paolella u Jayden Cassar minn man-up wara li tkeċċa David Pace Lupi. L-istess David Pace Lupi, Mark Carani u Jake Ciantar (3) wieġbu għal Marsaskala.

It-team mill-kapitali rritorna għar-rebħ fl-aħħar sessjoni meta għamel dan bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals għalihom jaslu minn Julian Chircop, Ivan Nagev (2) biż-żewġ goals għalih jaslu minn man-up l-ewwel wara li tkeċċa Kyle Navarro u mbagħad meta tkeċċa Jean Claude Cutajar, Kieyan Borg u Andrea Agius minn man-up wara li tkeċċa Daniel Tully.

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo, 4-Jayden Cassar (2), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic (2), 7-Daniel Paolella (1), 8-Ivan Nagaev (7), 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius (1), 11-Kieyan Borg (3), 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco, 15-Julian Chircop Coach: Joe Cremona

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Edaordo Manzi (2), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully, 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (5), 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Tamas Sedlmayermi, 15-Jamie Pace Mizzi (1) Coach: Arpad Babay

Referees: Massimo Angileri, Stefano Alfi

Sport