Monday, May 13, 2024

San Ġiljan jikkastigaw lil Sliema b’goal lejn it-tmiem

San Ġiljan……………..13 Sliema…………………..12 (3-2), (3-3), (5-4), (2-3)

Aqra wkoll

Kellu jkun goal lejn it-tmiem ta’ Ben Plumpton li kkastiga lil Sliema, hekk kif San Ġiljan għelbuhom bl-iskor strett ta’ 13-12.

San Ġiljan rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu mill-captain Matthew Zammit minn man-up wara li tkeċċa Jamie Gambin, Maro Jokovic u Jeremy Abela. Zach Mizzi rreġistra doppjetta personali għal Sliema bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton.

It-tieni sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3, bil-goals għall-Ġiljaniżi jaslu minn Jeremy Abela minn man-up wara li tkeċċa Jayden Cutajar, Maro Jokovic minn penalty u Aaron Younger minn man-up wara li tkeċċa Andrija Prlainovic. Dan sabiex Jayden Cutajar, Elijah Schembri u Dmitri Kholod wieġbu għal Sliema.

San Ġiljan rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-4, bl-iskorers għal San Ġiljan ikunu Nikolai Zammit, Aaron Younger (2) u Maro Jokovic minn penalty. Min-naħa l-oħra il-goals għal Sliema waslu minn Andrija Prlainovic, Benji Cachia, Zach Mizzi u Jamie Gambin minn man-up wara li tkeċċa Matthew Zammit.

Sliema rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, fejn għalihom irnexxilehom isibu x-xibka, Benji Cachia, Zach Mizzi u Dino Zammit minn man-up wara li tkeċċa Maro Jokovic. Ben Plumpton irreġistra doppjetta personali għas-Saints, bit-tieni wieħed tiegħu ikun dak deċisiv li ta rebħa prezzjuża lill-Ġiljaniżi.

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli, 3-Andreas Galea, 4-Ben Plumpton (2), 5-Maro Jokovic (4), 6-Matthew Zammit (1), 7-Jake Bonavia, 8-Aaron Younger (3), 9-Jeremy Abela (2), 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana (1), 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Kelvin Calleja Coach: Zeljko Kovacic

Sliema: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Gabarraetta, 3-Liam Galea, 4-Jamie Gambin (1), 5-Zach Mizzi (4), 6-Benji Cachia (2), 7-Jayden Cutajar (1), 8-Matthew Mifsud, 9-John Brownrigg, 10-Dmitri Kholod (1), 11-Andrija Prlainovic (1), 12-Dino Zammit (1), 13-Andrew Bugeja, 14-Elijah Schembri (1), 15-Sam Enferer Coach: Dejan Savic

Referees: Massimiliano Sponza, Ronnie Spiteri

Sport