Tuesday, November 26, 2024

Birzebbugia wisq b’saħħithom għal Otters

Aqra wkoll

Birzebbugia………27

Otters……………….7

(6-2, 8-2, 6-0, 7-3)

Birzebbugia rriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Otters meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 27-7.

Birzebbugia għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-2, bil-goals għalihom jaslu minn Keith Tanti, Peter Borg, Balazs Erdelyi minn penalty, Jacob Sciberras u Darko Brguljan. Marko Jelaca u Steve Dimech minn man-up wara li tkeċċa Malcolm Manara wieġbu għal Otters.

It-team minn Nofsinhar ta’ Malta mmexxi mill-coach Pierre Borg rebaħ ukoll it-tieni sessjoni, din id-darba bl-iskor ta’ 8-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Balazs Erdelyi (3) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, Jacob Sciberras, Peter Borg, David Cutajar, Darko Brguljan u Miguel Curmi. Jovan Saric u Luigi Dimech skorjaw għal Otters.

Fit-tielet sessjoni, Birzebbugia, skorjaw sitt goals mingħajr risposta, bl-iskorers ikunu  Peter Borg minn man-up wara li tkeċċa Isaac Azzopardi, Balazs Erdelyi (2) bl-ewwel goal għalijh jasal minn man-up wara li tkeċċa Luigi Dimech, Ben Grech, u Jacob Sciberras (2).

Birzebbugia għamlu l-‘en plain’ meta rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 7-3, bil-goals għalihom jaslu mill-captain David Cutajar, Ben Grech (2), Simeon Bezzina minn penalty, Miguel Curmi, Ketih Tanti u Dwayne Farrugia minn penalty. Matthew Farrugia, Andrew Dimech u Jovan Saric wieġbu għal Otters.

Birzebbugia: 1-Matthew Sladden, 2-Peter Borg (3), 3-Neil Cassar, 4-Ben Grech (3), 5-Darko Brguljan (3), 6-Malcolm Manara (1), 7-Simeon Bezzina (1), 8-David Cuatjar (2), 9-Balazs Erdelyi (6), 10-Keith Tanti (2), 11-Giuseppe Mannino, 12-Miguel Curmi (2), 13-David Cleavon Borg, 14-Jacob Sciberras (4), 15-Dwayne Farrugia (1) Coach: Pierre Borg

Otters:1-Matthew Xerri, 2-Kieran Saliba, 4-David Dimech, 5-Mark Meli, 6-Marko Jelaca (1), 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech (1), 9-Luigi Dimech (1), 10-Jovan Saric (2), 11-Matthew Farrugia (1), 12-Andrew Dimech (1), 14-Kenneth Micallef, 15-Andrea Bianchi Coach: Robert Munkascksy

Referees: Alessandro Roberty, Neville Mercieca

Sport