Monday, May 13, 2024

Neptunes jirritornaw għar-rebħ bil-kbir

Aqra wkoll

Neptunes………………..22

Valletta…………………….9

(9-0, 9-1, 2-3, 5-4)

Wara draw ta’ 12-12 kontra San Ġiljan u telfa ta’ 10-8 kontra Sliema, Neptunes  irritornaw għar-rebħ bil-kbir meta għelbu l-isfida ta’ Valletta bl-iskor ta’ 25-8., b’Neptunes ikunu diġá assigurati mit-tliet punti sa tmiem l-ewwel taqsima hekk kif bnew vantaġġ ta’ disa’ goals.

Huma rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 9-0, fejn għalihom skorjaw il-captain Stevie Camilleri (2), Jake Bajada, Filip Filipovc (2) li f’djn il-partita kien qed jirritorna għat-team mill-balluta, Jake Musact, Sam Gialanze, Gabriel Pace wara li tkeċċa Kieyan Borg, u Jordan Camilleri.

Neptunes komplew jiddominaw u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 9-1, bl-iskorers għalihom ikunu Jake Muscat (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty, Sam Gialanze (2) bl-ewwel goal għalih jasal ukoll minn penalty, Jordan Camilleri minn man-up wara li tkeċċa Jayden Cassar, Aleksandar Ivovic, Jake Bajada, Stevie Camilleri u Alec Fenech (2). Ivan Nagaev skorja l-uniku goal għall-Beltin.

Bil-partita diġá mirbuħa u mitlufa, fit-tielet sessjoni, Neptunes naqqsu ferm mir-rendiment tagħhom u fil-fatt sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-2, bl-awturi tal-goals għal Valletta jkunu Daniel Rizzo, Ivan Nagaev minn penalty u Andrija Vlahovic. Aleksandar Ivovic u Sam Gialanze minn man-up wara li tkeċċa James Spiteri Staines wieġbu għal Neptunes.

Neptunes rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor strett ta’ 5-4, bl-iskorers ikunu Enrico Mallia minn man-up wara li tkeċċa Andrea Agius, Aleksandar Ivovic, Stevie Camilleri (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Stephen Micallef u Andreas Fava. Jayden Cassar minn penalty u Ivan Nagaev (3) wieġbu għal Valletta.

Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Jake Muscat (3), 3-Sam Gialanze (4), 4-Gabriel Pace (1), 5-Mark Castillo, 6-Jake Bajada (1), 7-Stevie Camilleri (5), 8-Jordan Camilleri (2), 9-Aleksandar Ivovic (3), 10-Filip Filipovic (2), 11-Alec Fenech (2), 12-Enrico Mallia (1), 13-Marco Rossi, 14-Dean Bugeja, 15-Andreas Fava (1) Coach: Dorian Pisani

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-James Spiteri Staines, 3-Daniel Rizzo (1), 4-Jayden Cassar (1), 5-Seb Busuttil, 6-Andrija Vlahovic (1), 7-Daniel Paolella, 8-Ivan Nagaev (5), 9-Stephen Micallef, 10-Julian Chircop, 11-Kieyan Borg, 12-Kyle Cremona, 13-Andre Theuma, 14-Mark Demarco, 15-Julian Chircop Coach: Joe Cremona

Referees: Alessandro Robery, Ronnie Spiteri

Sport