Monday, May 13, 2024

It-tieni sessjoni deċiżiva għal San Ġiljan kontra Sirens

Aqra wkoll

San Ġiljan………17

Sirens……………11

(4-3, 6-1, 3-2, 4-5)

San Ġiljan komplew jikkonvinċu meta għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 17-11,  bit-tieni sessjoni tkun waħda deċiżiva hekk kif il-Ġiljaniżi rebħuha bl-iskor ta’ 6-1.

Iżda huma kellhom jitħabtu biex rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor strett ta’ 4-3, bil-goals għalihom jaslu minn Andreas Galea, Maro Jokovic u Aaron Younger (2). Matthias Azzopardi, Jerome Zerafa Gregory u Matthias Pasztor wieġbu għal Sirens.

Iżda s-Saints ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom fit-tieni sessjoni meta ttrijonfaw bl-iskor ta’ 6-1, bl-iskorers għalihom ikunu Aaron Younger, Nicholas Bugelli, Ben Plumpton (2) u Maro Jokovic minn penalty. Gianni Farrugia minn man-up wara li tkeċċa Nikolai Zammit skorja l-uniku goal għat-team minn San Pawl il-Baħar.

San Ġiljan rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Aaron Younger, Maro Jokovic minn man-up wara li tkeċċa Jerome Zerafa Gregory, u Nikolai Zammit. Matthias Pasztor minn penalty u Matthias Azzopardi minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton irrispondew għal Sirens.

Sirens wettqu reazzjoni tajba u rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-4, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Jake Cachia (3), u Pietro Figlioli (2) bl-ewwl goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Ben Plumpton. Nichlas Bugelli, Nikolai Zammit minn penalty, Jake Bonavia minn man-up wara li tkeċċa Matthias Pasztor u Russell Caruana wieġbu għall-Ġiljaniżi. 

San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Nicholas Bugelli (2), 3-Andreas Galea (1), 4-Ben Plumpton (2), 5-Maro Jokovic (3), 6-Matthew Zammit, 7-Jake Bonavia (1), 8-Aaron Younger (5), 9-Jeremy Abela, 10-Nikolai Zammit (2), 11-Darren Zammit, 12-Russell Caruana (1), 13-Gianluca Borg, 14-Gabriel Bonavia, 15-Kelvin Calleja Coach: Zeljko Kovacic

Sirens: 1-Thomas Micallef, 2-Paul Serracino, 3-Ken Erdogan, 4-Pietro Figlioli (2), 5-Jerome Zerafa Gregory (1), 6-Gianni Farrugia (1), 7-Matthew Chircop, 8-Gabriel Melillo, 9-Mikhael Cutajar, 10-Matthias Pasztor (2), 11-Matthew Sciberras, 12-Matthias Azzopardi (2), 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Jake Cachia (3), 15-Gabriel Sammut Coach: Marko Orlovic

Referees: Stefano Pinato, Alex DeRaffaele

Sport