Tuesday, May 14, 2024

Lautaro Martinez jirrifjuta offerta mis-Sawdi

Aqra wkoll

Lautaro Martinez irrifjuta offerta li tiswa madwar €240 miljun mingħand club Sawdi, meta m’għandux l-intenzjoni li jitlaq lil Inter.

Nhar il-Ġimgħa ħarġu rapporti mill- Arġentina li l-attakkant ta’ 25 sena kien irċieva offerta ta’ kuntratt ta’ erba’ snin mingħand club Sawdi li ismu ma ssemmiex li jiswa €60 miljun nett kull staġun, salarju 10 darbiet dak attwali tiegħu fil-kapitali tal- Lombardija.

Lautaro, li għad fadallu tliet snin kuntratt ma’ Inter, sar figura talismanika għall-club u mistenni jiġi maħtur il-captain il-ġdid għall-istaġun li ġej.

Inter jqisu liż-żagħżugħ mhux trasferibbli u mhux se jisimgħu offerti taħt il-€150 miljun, u b’hekk ikun il-figura ċentrali fil-proġett.

Fl-istaġun li għadda, Lautaro skorja 28 goal u pprovda 11-il assist f’57 dehra fil- kompetizzjonijiet kollha.

Sport