Saturday, July 25, 2026
Home Sport Edinson Cavani viċin Boca Juniors

Edinson Cavani viċin Boca Juniors

0
349

L-attakkant internazzjonali Urugwajan Edinson Cavani se jkun qed iwettaq waħda mix-xewqat tiegħu kemm ilu jilgħab il-futbol minħabba li jinsab viċin li jingħaqad ma’ Boca Juniors fl-Arġentina. Dawn tal-aħħar kienu ferm viċin li jakkwistawh qabel ma’ ngħaqad ma’ Napoli fl-2008 u għalhekk sa fl-aħħar se jkun qed jilbes il-flokk isfar u blu tal-klabb.

L-eks plejer ta’ Napoli, Paris St Germain u Manchester United se jkun qed jiffirma kuntratt ta’ sena sat-30 ta’ Ġunju 2024.