Tuesday, May 14, 2024

Raphinha fir-radar ta’ Manchester City

Aqra wkoll

Manchester City għadhom ifittxu li jakkwistaw is-servizzi tal-winger ta’ Barcellona Raphinha. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Brażiljana.

Sadanittant kien hemm kuntatt bejn id-diretturi sportivi rispettivi Deco u Txiki Begiristain dwar dan il-plejer li jogħġob ħafna lill-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola.

Fil-passat, Raphinha lagħab ukoll ma’ Vitoria Guimaraes, Sporting Lisbon, Rennes u Leeds United.

Sport