Sunday, December 22, 2024

“Bla bażi”… L-allegazzjoni ta’ studenti li spiċċaw ma jifilħux wara li xorbu minn water fountains

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża ddeploraw stqarrija bla bażi u irresponsabbli, li setgħet tallarma lill-ġenituri u t-tfal fl-iskejjel, li għamel il-Kelliem għall-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Justin Schembri.

F’kumment li kiteb fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Justin Schembri allega, mingħajr ma ġab il-fatti, li l-water fountains li hemm installati fl-iskejjel ma ssirilhomx manutenzjoni, bir-riżultat li studenti tal-iskola medja ta’ San Ġorġ Preca spiċċaw ma jifilħux wara li xorbu mill-ilma tal-water fountains.

Ftit minuti biss wara li tella’ l-kumment, emenda din l-istqarrija għaliex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mill-ewwel ċaħdet l-allegazzjonijiet li għamel is-Sur Schembri, anke wara li saru l-verifiki mal-kap tal-iskola.

Fl-istqarrija konġunta bejniethom, il-ministeri qalu li stqarrijiet bla bażi bħal dawn huma kundannabbli, speċjalment meta jkunu ġejjin minn persuna li hi figura pubblika. Għalhekk, qabel ma wieħed ixerred aħbarijiet foloz, għandu jivverifika l-fatti. Fatti li juru li l-water fountains issirilhom manutenzjoni u tindif regolari, kif ukoll testijiet għall-kwalità ta’ ilma.

Ekonomija

Sport