Sunday, May 5, 2024

Rappurtati 20 każ ta’ child grooming fi kwżi 13-il sena

Aqra wkoll

Mis-sena 2010 sa Settembru ta’ din is-sena ġew rappurtati lill-Pulizija u sussegwentement investigati 20 każ ta’ persuni li jibnu ħbiberiji ma’ tfal permezz tal-internet li wara jwasslu għal għanijiet illeċti inklużi fosthom abbużi sesswali.

Nofs dawn il-każijiet wasslu biex persuni jitressqu l-qorti akkużati b’dan ir-reat ta’ ‘child grooming’ filwaqt li tmien każi oħra għadhom pendenti quddiem il-qrati. Minn dawn kollha, s’issa fi tnejn mill-każi biss kien hemm persuni misjuba ħatja.

Minn informazzjoni dettaljata li ta l-Ministru Byron Camilleri fil-Parlament dwar dawn ir-reati rriżulta wkoll li kien hemm 9 każijiet investigati iżda ma kienx hemm lok ta’ Qorti dwarhom.

Sport