Monday, May 20, 2024

Cristiano Ronaldo sospiż mill-iskwadra ta’ Manchester United u ordnat biex jitħarreġ waħdu

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Portugiż, Cristiano Ronaldo, ġie sospiż mill-iskwadra ta’ Manchester United mill-coach, Erik ten Hag, bil-konsegwenza li mhux se jkun inkluż għal-logħba ta’ nhar is-Sibt li ġej kontra Chelsea. 

Barra minn hekk, huwa ġie ordnat ukoll jitħarreġ waħdu f’Carrington wara li nhar l-Erbgħa rrifjuta li jidħol bħala sostitut tard fil-partita fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Tottenham Hotspur … u telaq minn Old Trafford ħames minuti minn tmiem il-partita. 

Il-Ħamis filgħodu kellu taħdidiet mal-coach Olandiż fejn ġie akkużat li sfida l-ordnijiet tal-istess coach.

Għal dan il-għan, Ronaldo ġie mneħħi mill-iskwadra u mhux se jivvjaġġa lejn Londra għall-partita kontra Chelsea. 

Stqarrija mir-Red Devils ikkonfermat li: “Cristiano mhux se jkun parti mill-iskwadra ta’ Manchester United għal-logħba ta’ nhar is-Sibt kontra Chelsea.

“Il-bqija tal-iskwadra hija ffukata bis-sħiħ fuq it-tħejjija għal dak il-partita.”

1 kumment

  1. Onor ministru igbed l attenzjoni ta ciklisti li jkunu gejjin minn fejn ic cimiterju ta Hal Lija li minflok jibqaw nezlin lejn ir round about biex iduru lejn Hal Lija jidhlu wrong way lejn triq Sir Ugo mifsud Dan ta periklu kbir ghac ciklisti stess ghax ma junux qed jaraw minn hiereg mitt triq Ugo Mihsud.Meta gbitilhom lattenzjoni dahqu biha.
    Grazzi.

Comments are closed.

Sport