Wednesday, March 27, 2024

Probation għal ġuvni talli ta fastidju lill-eks sieħba

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 20 sena minn Ħal Qormi tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal żmien sentejn wara li ammetta li ta fastidju lill-eks sieħba tiegħu. Il-każ seħħ bejn id-19 u l-24 t’April li għadda. 

Qabel ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Maġistrat Doreen Clarke kkunsidrat in-natura tar-reat, il-koperazzjoni tiegħu mal-pulizija, l-ammissjoni fl-aktar stadju bikri ta’ dawn il-proċeduri u l-fedina penali kważi netta tiegħu.

Minbarra l-ordni ta’ probation, huwa tpoġġa taħt ordni ta’ trażżin għal perjodu ta’ sentejn. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar. 

Ekonomija

Sport