Friday, December 13, 2024

Blackball: Chris Mills u Jesmond Schembri jiksbu post fis-semifinali tal-Masters Doubles

Aqra wkoll

Chris Mills u Jesmond Schembri kisbu l-kwalifikazzjoni għas-semifinali tal-Masters Doubles fil-kampjonat mondjali tal-Blackball li qed isiru f’pajjiżna f’dawn il-jiem.

Il-koppja Maltija għelbu lid-duo Gracian/Hughes u lil Farr/McLaughin bl-iskor identiku ta’ 4-2 biex komplew javvanzaw għall-fażijiet l-aktar importanti ta’ din il-kompetizzjoni.

Kien hemm ukoll rekord perfett min-naħa tat-tim tal-irġiel li rebaħ l-erba’ logħbiet li lagħab wara li għelbu lil La Reunion 23-2, lill-Irlanda ta’ Fuq 17-8, lil Madagascar 19-6 u lill-Ġibilta’ 20-5.

Fl-azzjoni kienu wkoll it-tim tan-nisa li tilfu l-konfront tagħhom kontra l-Iskozja 21-4.

Fl-istess waqt, il-Grandmasters ġew megħluba mill-Ingilterra 18-7 sabiex fil-kategoriji taż-żgħażagħ it-tim ta’ taħt it-18-il sena tilef iż-żewġ logħbiet li lagħab kontra l-Irlanda ta’ Fuq 15-10 u l-Iskozja 16-9 filwaqt it-tim ta’ taħt il-15-il sena rebaħ lill-Ġibilta’ 10-5 iżda tilef ma’ Wales 8-7.

Chris Mills u Jesmond Schembri jiksbu post fis-semifinali tal-Masters Doubles

Ekonomija

Sport