Wednesday, July 24, 2024

Blackball: Erba’ plejers jikkwalifikaw għas-semifinali taċ-Champion ta’ Malta

Aqra wkoll

Erba’ plejers ikkwalifikaw għas-semifinali tal-kompetizzjoni msejħa ċ-Champion ta’ Malta organizzata mill-Malta Blackball Federation.

Fil-fatt, Leon Azzopardi, Ryan Pisani, Johan Attard u Dejan Grech kisbu l-kwalifikazzjoni għall-fażi tal-aħħar erbgħa li se tintlagħab illum.

Iċ-champion renjanti Clayton Castaldi safa’ eliminat minn din il-kompetizzjoni wara li tilef 8-5 kontra Leon Azzopardi filwaqt li Dejan Grech sabha ferm diffiċli għalkemm xorta waħda għeleb lil Gary Carr 8-7 f’logħba ferm bilanċjata u inċerta sal-aħħar.

Ryan Pisani wkoll għadda għas-semifinali wara li rebaħ 8-6 kontra Miguel Mizzi filwaqt li Johan Attard għamel l-istess din id-darba bi skor ta’ 8-4 kontra Stephen Mangion.

Sadanittant, illejla se jintlagħbu s-semifinali fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara fejn Leon Azzopardi jaffronta lil Ryan Pisani filwaqt li Dejan Grech joħodha kontra Johan Attard.

Ekonomija

Sport