Saturday, May 4, 2024

Blackball: Ħamrun 147 A jżommu l-pass mal-leaders Cospicua Rangers

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A baqgħu jżommu l-pass mal-leaders Cospicua Rangers fil-kampjonat nazzjonali tal-Blackball meta f’logħba missielta għelbu lil Jojo’s Birżebbuġa A 11-9. Min-naħa tagħhom, il-Bormliżi rebħu 11-5 lil San Ġwann Nick’s A sabiex baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika.

L-istess San Ġwann Nick’s A irritornaw għar-rebħ meta fit-tieni impenn tal-ġimgħa għelbu lil Qormi Anici B 11-6. L-istess skor ġie reġistrat minn Ħamrun 147 B kontra Qormi Anici B filwaqt li Qormi Anici A għelbu lil Valletta Breakwater 11-7.

Fil-kampjonat reġjonali, il-leaders Ħamrun 147 C ġew miżmuma fi draw ta’ 10-10 minn Selmun Bar A filwaqt li Domus Kids Żejtun A u PL Balzan A kisbu tliet punti importanti wara skors pożittivi kontra Każin Pinto A (11-8) u Ħamrun 147 D (11-9)

Fi grupp A tal-Community League, hemm taqtigħa interessanti bejn il-leaders Qormi Anici D, San Ġwann Tiki Taka A u Birkirkara Boċċi.

Il-Qriema rebħu 11-4 kontra San Ġwann Nick’s B, it-tim minn San Ġwann sabha faċli kontra Mrieħel Billiard House tant li rebħu 11-2 filwaqt li l-Karkariżi kellhom rebħa kbira ta’ 11-1 kontra Selmun Bar C. Kien hemm ukoll tliet punti importanti minn Juven Birkirkara B li għelbu lil PL Balzan B 11-4.

Finalment fi grupp B tal-Community League, San Ġwann Tiki Taka B qed igawdu vantaġġ ta’ 11-il punt fil-klassifika fuq Juve Birkirkara A wara li baqgħu jirbħu l-logħbiet tagħhom. Fil-fatt it-tim minn San Ġwann għeleb lil Taċ-Ċaċċu Qormi 11-2.

F’aktar logħbiet, kellna bilanċ assolut fil-logħbiet bejn Qormi Anici C u Selmun Bar B kif ukoll Domus Kids Żejtun B u Juve Birkirkara A u anke Juve Birkirkara A u Taċ-Ċaċċu Qormi bl-iskor finali jkun dak ta’ 10-10.

Valletta Fossa Boys kisbu tliet punti importanti wara skor ta’ 11-7 kontra Qormi Anici E.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI

Cospicua Rangers 25, Ħamrun 147 A 23, Ħamrun 147 B 17, Valletta Breakwater 16, Qormi Anici A 12, Jojo’s Birżebbuġa, San Ġwann Nick’s 10, Qormi Anici B 5.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT REĠJONALI

Ħamrun 147 C 25, Domus Kids Żejtun 15, Ħamrun 147 D 13, Selmun Bar A 12 , PL Balzan A 11, Valletta Fossa Boys A 9, Każin Pinto Qormi A 7.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP A

Qormi Anici D 31, San Ġwann Tiki Taka A 30, Birkirkara Boċċi 28, Juve Birkirkara B 21, Mrieħel Billiard 14, PL Balzan B 8, San Ġwann Nick’s B, Selmun Bar C 4.

KLASSIFIKA – COMMUNITY LEAGUE – GRUPP B

San Ġwann Tiki Taka B 32, Juve Birkirkara A 21, Qormi Anici E, Valletta Fossa Boys B 20, Taċ-Ċaċċu 17 , Selmun Bar B 11, Qormi Anici C 8, Domus Kids Żejtun B 6.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport