Saturday, May 4, 2024

Żewġ pulizija jsalvaw anzjana minn residenza maħkuma min-nirien

Aqra wkoll

Azzjoni immedjata minn żewġ pulizija waslet biex ġiet salvata mara min-nirien li ħakmu d-dar tagħha.

Il-Ħamis li għadda, għall-ħabta tal-5.30pm il-Pulizija ntbagħtu fi Triq Raymond Caruana, il-Gudja. Malli waslu fuq il-post innutaw duħħan ħiereġ mir-residenza, waqt li ġew infurmati li fuq ġewwa hemm persuna li tgħix fir-residenza.

Għalhekk, immedjatament il-pulizija daħlu fid-dar, telgħu fis-sular ta’ fuq u hemmhekk sabu mara, li għandha 72 sena fi stat ta’ paniku, fejn kien jidher li ma kinitx konxja li qiegħda f’periklu kbir kawża tad-duħħan qawwi li kien hemm.

L-anzjana, li viżibbilment kienet tidher belgħet id-duħħan, inħarġet mid-dar mill-Pulizija u wara ingħatat l-assistenza medika minn membri tal-emerġenza ta’ Mater Dei. Ftit mumenti wara waslu fuq il-post il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, li jidher li kien ikkawżat minn xemgħa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport