Wednesday, April 9, 2025

Blackball: It-tim tal-irġiel ikompli jżomm il-konsistenza

Aqra wkoll

It-tim A tal-irġiel kompla għaddej bil-mument pożittiv tiegħu fit-tazza tan-nazzjonijiet 2025 fi Bridlington meta għeleb lill-Irlanda A 19-6 f’logħba ferm hu ddomina mill-bidu sal-aħħar.

Anke t-tim B kellu rebħa tajba f’din ir-raba’ ġurnata ta’ logħob wara skor ta’ 18-7 kontra Wales B1 fejn anke hawn intweriet is-supremazija tal-plejers Maltin.

Riżultati pożittivi oħra nkisbu mill-Masters li għelbu lil Wales A 15-10 bis-Seniors B li jirbħu lil Wales B 14-11. Mill-banda l-oħra, it-tim A tas-Seniors tilef 16-9 kontra Wales A b’Ingilterra B li tegħleb lil Malta B 14-11.

Kien hemm ukoll il-kompetizzjonijiet individwali fejn kellna dawn ir-riżultati

Johan Attard vs Glen Axiaq 5-1

Gary Carr vs Heyden Johnson 5-1
Stephen mangion vs Nikki Griffits 5- 1
Philip Coleiro vs Deacon Formosa 5-2
Leon Azzopardi vs Malliah Kevin 5-1
Clayton Castaldi vs Hugh Thomson 4-5

Sadanittant dawn huma l-logħbiet li għandna llum fejn se jkunu fl-azzjoni t-timijiet Maltin:

9:00 – Irġiel – Malta A – Shetland A

12:00 – Irġiel – Malta B – Irlanda B

12:00 – Seniors – Irlanda A – Malta A

15:00 – Seniors – Malta B – Skozja B1

16:30 – Irġiel – Malta A – Skozja A

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport