Monday, December 2, 2024

Blackball: It-tim tal-Irġiel jibqa’ juri l-konsistenza b’żewġ rebħiet

Aqra wkoll

It-tim tal-Irġiel kompla juri l-konsistenza tiegħu fil-kampjonati mondjali tal-Blackball meta kisbu żewġ rebħiet oħra ferm importanti. It-tim magħmul minn minn Mevrick Zammit, Leon Azzopardi, Johan Attard, Ryan Pisani, Lydan Debono, Scott Muscat u Dejan Grech għeleb lill-Afrika t’Isfel 20-5 u lil Ċipru 21-4.

Kien hemm ukoll riżultat pożittiv mit-tim ta’ taħt il-15-il sena li għeleb lill-Iskozja 8-7 f’logħba ferm interessanti u akkanita.

It-tim tan-nisa tilef kontra Wales 16-9 filwaqt li t-tim ta’ taħt it-18-il sena tilef 14-11 kontra l-Afrika t’Isfel. Finalment it-tim ta’ taħt it-23 sena tilef 15-10 kontra Wales.

Sadanittant, illejla jkollna żewġ finali ferm mistennija li se jkunu involuti l-Maltin fil-kompetizzjoni tad-doubles hekk kif Jake Castaldi u Dielyn Edwards ikunu involuti fil-finali ta’ taħt il-15-il sena kontra Marcel Kusa u Riley Patterson (7pm) filwaqt li Christ Mills u Jesmond Schembri jilagħbu l-Masters World Final kontra Marti Hazell u Graeme Witton (7.15pm).

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport