Tmien timijiet kisbu post fil-Community Christmas Trophy organizzata mill-Malta Blackball Association. Fil-fatt Selmun Bar C, Valletta Fossa Boys, PL Balzan A, Di Santos Qormi, Taċ-Ċaċċu Qormi, Juve Birkirkara B, Jojo’s Birżebbuġa B u PN Mġarr rebħu l-logħob rispettiv tagħhom sabiex avvanzaw għall-fażi oħra ta’ din il-kompetizzjoni li ssir fi żmien il-Milied.
Sadanittant bejn għada u t-Tlieta jintlagħbu l-kwarti tal-finali fuq żewġ legs fejn Selmun Bar C jaffrontaw lil Taċ-Ċaċċu Qormi, Valletta Fossa Boys joħduha kontra Juve Birkirkara B, PL Balzan A jilagħbu kontra Jojo’s Birżebbuġa B filwaqt li Di Santos Qormi jippruvaw jiksbu post fis-semifinali meta jaffrontaw lil PN Mġarr.
Sadanittant sar ukoll ir-rawnd preliminari tar-Regional Christmas Trophy fejn Ħamrun 147 C eliminaw lil Birkirkara Duke’s A 21-16 filwaqt Mosta St Mary’s A komplew bil-mument pożittiv tagħhom fejn għelbu lil Birkirkara Boċċi 21-3.
Bejn għada u t-Tlieta jintlagħbu l-kwarti tal-finali li wkoll ikunu fuq żewġ legs hekk kif Każin Pinto Qormi B se jilagħbu kontra Ħamrun 147 C, San Ġwann Nick’s A joħduha kontra Mosta St Mary’s A, Birkirkara Youngsters għandhom konfront kontra Selmun Bar A filwaqt li fl-aħħar kwarti tal-finali, San Ġwann White Hart jaffaċċjaw lil Juve Birkirkara A.