Wednesday, April 17, 2024

Darts: Floriana Ajax ikomplu jibbrillaw

Aqra wkoll

Floriana Ajax komplew bil-bidu pożittiv tagħhom matul dan l-istaġun fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-darts hekk kif kisbu l-ħames rebħa konsekuttiva wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Top Gun Bar 7-1.

Il-Furjaniżi kienu fi klassi għalihom bil-Marsin li ppruvaw jiksbu l-punti iżda sabuha għadma iebsa fl-avversarji tagħhom.

Fgura Kenky Bar kisbu rebħa tajba ta’ 5-3 kontra Ħamrun Education sabiex qabżuhom fit-tieni post tal-klassifika. Ħamrun Bayern A kisbu t-tielet rebħa staġjonali wara skor ta’ 5-3 kontra Sliema Inter DC.

Manchester Conquest Pub kisbu t-tieni rebħa tagħhom għalkemm ma sabuhiex faċli kontra Ħamrun Bayern B sabiex rebħu 5-3.

Fit-tieni diviżjoni, Birżebbuġa Lions baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika wara li għelbu lil Mqabba tal-Ġilju 5-3.

PO’s Bar żammew it-tieni post wara rebħa ta’ 6-2 kontra Fgura Maypole.

Fit-tielet diviżjoni, Birgu Boċċi jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika wara li ddominaw lil Mqabba FC 7-1 filwaqt li Juventutis Domus u Duke’s A temmew il-konfront ta’ bejniethom fi dro ta’ 4-4.

Ekonomija

Sport