Johan Attard kiseb post fil-finali tal-Men’s World Grand Prix fil-WPA Blackball World Championships 2026 li qed isiru f’Londra, wara wirja mill-aqwa li kellu lbieraħ.
Attard beda b’rebħa ta’ 5-4 kontra Tony Griffin, qabel għeleb lil Jeff Owen 5-0. Fl-aħħar 16 rebaħ id-derby Malti kontra Matthias Debono 5-1, fil-kwarti tal-finali għeleb lil Neil Toms 5-2, u fis-semifinali kompla bil-mixja tiegħu b’rebħa konvinċenti ta’ 5-1 kontra Kevin Martin tal-Afrika t’Isfel.
Prestazzjoni pożittiva wkoll minn Mevrick Zammit, li għeleb lil Ayoub Bakhtaoui 5-2, lil Chaylon Castaldi 5-2 u lil Mark Leathem 5-1, qabel tilef bi skor minimu ta’ 5-4 kontra Kevin Martin fil-kwarti tal-finali.
Fost riżultati oħra tal-Maltin, Miguel Mizzi għeleb lil Thomas Zantedeschi 5-2 qabel tilef 5-3 kontra Miguel Amato. Amato, wara li għeleb ukoll lil Aaron Downey 5-4, ġie eliminat 5-4 minn Neil Toms. Keith Caruana għeleb lil Oussama Masskini 5-0 u lil Andrianina Ramaroson 5-4 qabel tilef fl-aħħar 16, filwaqt li Clayton Castaldi għeleb lil Mark Badham 5-4 u lil Soulaimane Ouzzaouit 5-2 qabel ġie eliminat minn Abderahmane Ech-Chorfy.
Casdy Vella għeleb lil Dalron Booysen 5-4 għalkemm tilef bl-istess skor kontra Kevin Martin filwaqt li Jake Castaldi għeleb lil Harley Harrison 5-1 fil-Youth World Grand Prix qabel tilef 5-0 kontra Arthur Crespin fl-aħħar 16.
Il-programm tal-Maltin illum – is-Sibt 24 ta’ Ottubru
TEAM EVENTS – Ħin tar-Renju Unit
10:00 – Australia U18 vs Malta U18
12:30 – Malta U23 vs England U23
12:30 – India Men’s A vs Malta Men’s A
SINGLES
15:00 – Jake Castaldi vs Devandre-Shane Phillips – U18
15:00 – Calvin Creach vs Dielyn Edwards – U18
17:00 – Matthias Debono vs Jordan Wenn – U23
17:00 – Jordan Govindasamy vs Chaylon Castaldi – U23
18:00 – Shane Robinson vs Mario Spiteri – Men’s
MEN’S DOUBLES – 16:00
Johan Attard / Clayton Castaldi vs Ech-Chorfy Abderrahmane / Bouchaib Farhat
Gary Carr / Mevrick Zammit vs Gareth Hibbott / Clint I’anson
Miguel Mizzi / Clevion Micallef vs Mario Spiteri / Philip Farrugia
Clint Azzopardi / Miguel Amato vs Shayden Brown / Alex Brooks
Keith Caruana / Gabriel Vella vs Pranit Ramchandani / Shrenik Jain




