Kirsten u Omar Aquilina kienu l-aħjar fost il-plejers Maltin fil-Hungarian Open Bronze, hekk kif it-tnejn irnexxielhom jaslu sal-aħħar 32 tal-kompetizzjoni.
Kirsten għeleb lil Bucuci Costel 4-1 u lil József Rucska 4-3, qabel tilef 4-1 kontra John Michael. Omar għeleb lil Holbach István 4-3, iżda fl-aħħar 32 ġie eliminat minn Paul Lewis 4-0.
Enrico Scerri, Albert Scerri u Stephen Tagliaferro waslu sal-aħħar 64, filwaqt li Edward Azzopardi u Mario Farrugia ġew eliminati fl-aħħar 128.
It-titlu ntrebaħ minn Boris Krčmar, li fil-finali għeleb lil Paul Krohne 5-2.
L-azzjoni tkompli llum bil-Hungarian Open Silver, filwaqt li l-Ħadd jintlagħab il-Hungarian Open Gold, b’aktar parteċipazzjoni Maltija mistennija.




