Saturday, October 24, 2026
Home Sport Vincent Kompany se jkollu bżonn ġimgħat biex jirkupra

Vincent Kompany se jkollu bżonn ġimgħat biex jirkupra

0
44

Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich, Max Eberl, qal li l-coach, Vincent Kompany, se jkollu bżonn ġimgħat biex jirkupra wara li ntilef minn sensih fiċ-ċentru tat-taħriġ tal-club nhar il-Ġimgħa. L-eks difensur ta’ Manchester City u tal-Belġju, li għandu 40 sena, jinsab fi stat stabbli l-isptar, fejn għadhom għaddejjin l-eżamijiet mediċi.

Kompany kien ilu jħossu ma jiflaħx minħabba virus, iżda xorta waħda mexxa lil Bayern fil-konfront taċ-Champions League kontra Arsenal. Eberl ammetta li forsi l-club kellu jwaqqfu aktar kmieni, u saħaq li jeħtieġ jipproteġih anke minnu nnifsu minħabba l-impenn kbir tiegħu għax-xogħol.

Bayern kienu kkunsidraw jitolbu l-posponiment tal-partita kontra Freiburg, iżda ddeċidew li jkomplu jilagħbu. L-assistent coach, Aaron Danks, żar lil Kompany l-isptar u kkonferma li l-prijorità tal-club hija saħħtu. Kompany mexxa lil Bayern għar-rebħ ta’ żewġ titli konsekuttivi tal-Bundesliga.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here