Roberta Cutajar rebħet il-kampjonat nazzjonali tan-nisa organizzat mill-Malta Blackball Federation. Cutajar kienet konsistenti tul il-kampjonat kollu fejn rebħet ħmistax minn sittax-il konfront u spiċċat draw darba biss filwaqt li kellha vantaġġ ta’ għaxar punti fuq it-tieni plejer.
Fl-aħħar ġurnata ta’ logħob li ntlagħab, Cutajar setgħet tiċċelebra żewġ rebħiet identiċi ta’ 6-0 kontra Triziane Farrugia u Marie Claire Dimech.
Fit-tieni post tal-klassifika spiċċat Donna Bugeja li fl-aħħar logħba tagħha għelbet lil Lorna Micallef 6-2. Sadanittant Caroline Grech temmet l-impenji tagħha fit-tielet post, punt wara Bugeja hekk kif rebħet żewġ logħbiet oħra , 6-3 kontra Vanessa Tedesco u 6-1 kontra Triziane Farrugia.
F’logħba oħra li kellna mill-aħħar ġurnata, Alexia Cassano spiċċat fir-raba’ post hekk kif iddominat il-logħba kontra Marie Claire Dimech tant li rebħet 6-0.
KLASSIFIKA FINALI – Kampjonat Nazzjonali tal-Nisa
Roberta Cutajar 46, Donna Bugeja 36, Caroline Grech 35, Alexia Cassano 27, Ana Thomas 22, Lorna Micallef, Triziane Farrugia 15, Vanessa Tedesco 8, Marie Claire Dimech 6.