Friday, September 25, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Cody Gakpo jsalva r-riżultat għall-Olanda kontra l-Ġermanja

UEFA Nations League: Cody Gakpo jsalva r-riżultat għall-Olanda kontra l-Ġermanja

0
52

Cody Gakpo skorja volley fil-ħin miżjud biex salva draw ta’ 1-1 għall-Olanda kontra l-Ġermanja fl-ewwel logħba fi Grupp A2 tal-UEFA Nations League. Ir-riżultat ċaħħad lil Jurgen Klopp mir-rebħa fid-debutt tiegħu bħala coach tal-Ġermanja.

Il-Ġermanja marru fil-vantaġġ fit-32 minuta permezz ta’ Felix Nmecha, li skorja mill-viċin wara pass preċiż ta’ Philipp Treu. Il-Ġermaniżi kienu diġà sofrew daqqa ta’ ħarta qabel il-logħba, meta Jamal Musiala ma setax jilgħab minħabba uġigħ fil-muskolu. Aktar tard, Kai Havertz kellu joħroġ minħabba injury.

L-Olanda kellhom goal ta’ Virgil van Dijk imħassar wara intervent tal-VAR, minħabba foul fuq il-goalkeeper, Marc-Andre ter Stegen. It-team Olandiż ukoll tilef lil Brian Brobbey minħabba injury.

Fit-tieni taqsima, l-Olanda żiedu l-pressjoni u ħolqu diversi opportunitajiet, iżda ter Stegen għamel saves importanti biex żamm lill-Ġermanja fil-vantaġġ. 

Madankollu, fil-ħin miżjud, Gakpo temm kontrattakk b’volley mill-aqwa biex kiseb punt għall-Olanda u żgura li ż-żewġ timijiet jibdew il-kampanja tagħhom b’punt wieħed.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here