Friday, September 25, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Erling Haaland jerġa’ jkun protagonista għan-Norveġja

UEFA Nations League: Erling Haaland jerġa’ jkun protagonista għan-Norveġja

0
40

Erling Haaland kompla juri l-forma eċċellenti tiegħu hekk kif skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 3-2 tan-Norveġja fuq id-Danimarka fl-ewwel logħba tagħhom fil-UEFA Nations League. L-attakkant ta’ Manchester City kien diġà skorja seba’ goals fil-kampanja storika tan-Norveġja fit-Tazza tad-Dinja, li ntemmet b’telfa kontra l-Ingilterra fil-kwarti-finali.

Kien Oscar Bobb (14) fetaħ l-iskor wara assist minn Martin Odegaard, qabel Haaland żied it-tieni goal erba’ minuti wara. Antonio Nusa ħoloq l-azzjoni b’ġirja brillanti fil-kaxxa, u Haaland xeħet fix-xibka b’xutt mill-ewwel. 

Imbagħad, fil-25 minuta, Mikkel Damsgaard naqqas il-marġni għad-Daniżi bi ġmiel ta’ freekick minn 25 metru bogħod. 

Fis-60 minuta, Rasmus Hojlund kiseb id-draw minn dik li dehret rimonta għad-Daniżi. 

Madankollu, fl-74 minuta, Haaland skorja t-tieni goal personali li kien ukoll il-goal tar-rebħa li wasal minn azzjoni ta’ corner. 

Fid-90 minuta, in-Norveġja kellhom lil David Moller imkeċċi meta ntwera it-tieni karta safra. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here