Roberta Cutajar baqgħet tiddomina l-kampjonat femminili tal-Blackball hekk kif kisbet żewġ rebħiet konsekuttivi u baqgħet iżomm vantaġġ ta’ ħames punt fuq l-eqreb rivali Donna Bugeja.
Cutajar rebħet lil Lorna Micallef u Alexia Cassano 6-1 u 6-4 rispettivament filwaqt li Bugeja kellha rebħa ta’ 6-0 kontra Triziane Farrugia għalkemm tilfet 6-4 kontra Caroline Grech. Din tal-aħħar kellha ġurnata pożittiva hekk kif kisbet it-tieni rebħa tagħha din id-darba kontra Lorna Micallef 6-0.
Ana Thomas kellha riżultati mħallta fejn wara li tilfet 6-4 kontra Triziane Farrugia, kisbet rebħa ta’ 6-1 kontra Marie Claire Dimech.
Finalment, Vanessa Tedesco kienet fl-azzjoni kontra Marie Claire Dimech u rebħet 6-4.
KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-BLACKBALL TAN-NISA
Roberta Cutajar 31, Donna Bugeja 26, Caroline Grech, Ana Thomas 19, Alexia Cassano 15, Lorna Micallef, Triziane Farrugia 9, Vanessa Tedesco 7, Marie Claire Dimech 6.