Monday, May 13, 2024

Il-kampjonat nazzjonali tat-table tennis f’fażi ferm interessanti

Aqra wkoll

Wara l-waqfa minħabba l-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, irritorna l-kampjonat nazzjonali tat-table tennis li issa daħal f’fażi ferm interessanti hekk kif matul dan ix-xahar jintrebħu l-unuri prinċipali.

Fl-istess waqt, il-kampjonat inqasam f’Championship u Relegation Pool bil-logħbiet li issa jkunu ferm deċiżivi.

HITT Academy Tibhar rebħu l-konfront dirett kontra Alpha Gewo 5-1 sabiex baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika filwaqt li bnew vantaġġ ta’ erba’ punti fuq l-istess avversarji.

Top Spin TT Academy Andro telgħu fit-tielet post tal-klassifika daqs MITTC Butterfly għalkemm xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil HITT Academy Kyte Consultants.

Mir-Relegation Pool, HITT Academy Home Trends kisbu rebħa prezzjuża ta’ 4-3 kontra l-isfidanti Mosta Gunners filwaqt li Top Spin Roxon għelbu lil HITT Academy Valletta  4-2.

Miċ-Championship Pool tat-tieni diviżjoni, Top Spin Hexer xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil MITTC Angela Bajada 4-3 filwaqt li Alpha Calleja Ltd iddominaw lil HITT Academy FXP 5-1.

Mir-Relegation Pool, Top Spin Super Cores u HITT Legends kisbu rebħiet kbar ta’ 5-1 u 6-0 kontra MITTC Rozena u Alpha Sensus rispettivament.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

HITT Academy Tibhar 18, Alpha Gewo 14, Top Spin TT Academy Andro, MITTC Butterfly 12, HITT Academy Kyte Consultants 10.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

HITT Academy Home Trends 10, Mosta Gunners 9, Top Spin Academy Roxon 6, HITT Academy Valletta 5

KLASSIFIKA – KAMPJONAT IT-TIENI DIVIŻJONI – CHAMPIONSHIP POOL

MITTC Butterfly Angela Bajada 18, Alpha Calleja Ltd 16, Top Spin TT Academy Hexer 15, HITT Academy FXP 14, HITT Academy ITX 11

KLASSIFIKA – KAMPJONAT IT-TIENI DIVIŻJONI – RELEGATION POOL

Top Spin Academy TT Supercores 13, PBC Table Tennis Blue Fire, HITT Academy Legends 11 Alpha Sensus 9, MITTC Butterfly Rozena 8.

Sport