Martin Blot minn Alpha Table Tennis Club rebaħ it-tieni ranking tournament individwali tat-table tennis wara li fil-finali għeleb lil Gabriel Grixti 3-0.
Blot kien ferm konsistenti tul din il-fażi eliminatorja wara li għeleb lil Leslie Bajada 3-0, Arkadiy Kostanyan 3-0, Conrad Puli 3-1 u Daniel Bajada 3-1.
Min-naħa tiegħu, Grixti kellu rebħiet kontra Daniel Attard 3-0, Oliver Farrin Thorne 3-0, Sean Debono 3-1 u Matthew Zammit 3-0.
Fil-finali li ntlagħbet fil-Padiljun tal-Universita’, Blot kien ferm iktar preċiż mill-avversarju tiegħu li għalkemm ipprova, ftit seta’ jagħmel kontra l-qawwa tal-avversarju.