Manchester United qed jikkunsidraw lil Antonio Conte bħala għażla għall-kariga ta’ coach jekk il-club jiddeċiedi li jtemm il-kollaborazzjoni ma’ Michael Carrick.
Rapporti fil-media Taljana qed isostnu li Conte jinsab fil-quċċata tal-lista ta’ United wara bidu diżappuntanti għall-istaġun, b’erba’ punti biss mill-ewwel erba’ logħbiet tal-Premier League.
Carrick, li ftit xhur ilu ffirma kuntratt ġdid sal-2029, ingħata r-responsabbiltá tat-teamwara t-tkeċċija ta’ Ruben Amorim, f’Jannar li għadda, u rnexxielu jwassal lill-club għall-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. Madankollu, l-esperjenza u r-rekord ta’ Conte bħala rebbieħ stabbilit jistgħu jkunu qed jattiraw lill-ogħla diriġenti tal-club.
Conte ilu mingħajr club minn Mejju, meta temm il-kuntratt tiegħu ma’ Napoli sena qabel iż-żmien. Rapporti jsostnu li l-coach Taljan ikun lest biss li jingħaqad ma’ club bi proġett li jaqbel mal-ambizzjonijiet tiegħu.
Is-sitwazzjoni tista’ taffettwa wkoll lil Juventus, fejn Luciano Spalletti jinsab taħt pressjoni wara l-agħar bidu tal-kampjonat fit-tmien snin.
Għalkemm Spalletti għandu kuntratt sal-2028 u ngħata l-appoġġ pubbliku, bosta huma dawk il-partitarji ta’ Juventus li jixtiequ jaraw lil Conte jirritorna.




