Al Ain taw wirja mill-aqwa biex għelbu lil Al Nassr 4-0 fil-Hazza bin Zayed Stadium fl-ewwel logħba tagħhom fl-AFC Champions League Elite, f’lejla diżappuntanti għal Cristiano Ronaldo u sħabu.
L-istorja ewlenija kienet dik tal-aħwa Rahimi. Houssine Rahimi, ħu ż-żgħir tal-istilla ta’ Al Ain Soufiane Rahimi, skorja doppjetta. Huwa fetaħ l-iskor wara pass lura ħażin ta’ Saad Al Nasser u reġa’ sab ix-xibka fit-tieni taqsima. Aktar tard, Soufiane żied it-tielet goal, qabel Giorgos Giakoumakis għalaq ir-rebħa bir-raba’ wieħed.
Għal Soufiane, din kienet esperjenza familjari, hekk kif kien strumentali biex Al Ain eliminaw lil Al Nassr u lil Ronaldo mill-kompetizzjoni fl-2024. Dak iż-żmien skorja fil-konfronti taż-żewġ legs kontra t-team Sawdi.
Al Nassr, minkejja li kellhom players ta’ klassi bħal Ronaldo, Sadio Mane u Joao Felix, naqsu milli jwieġbu għall-prestazzjoni dominanti tal-avversarji.
Ronaldo deher frustrat minħabba n-nuqqas ta’ servizz, u anke meta kellu opportunità minn free-kick, il-goalkeeper, Khalid Eisa, wettaq save brillanti
Għal Al Nassr, ir-ritorna tagħhom fl-akbar kompetizzjoni tal-clubs fl-Asja ma setax ikun agħar.




