Wednesday, September 16, 2026
Home Sport La Liga: Real Madrid jegħlbu lil Elche b’goal fil-ħin miżjud

La Liga: Real Madrid jegħlbu lil Elche b’goal fil-ħin miżjud

0
45
Soccer Football - LaLiga - Elche v Real Madrid - Estadio Manuel Martinez Valero, Elche, Spain - September 15, 2026 Real Madrid's Arda Guler celebrates scoring their first goal with Kylian Mbappe REUTERS/Pablo Morano TPX IMAGES OF THE DAY

F’La Liga, Real Madrid kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra Elche wara li tilfu vantaġġ ta’ żewġ gowls fit-tieni taqsima. 

Madrid fetħu l-iskor fil-25 minuta permezz ta’ auto-goal tal-goalkeeper, Matias Dituro, wara free kick ta’ Arda Guler li laqat il-lasta. 

Fit-33 minuta, Kylian Mbappe rdoppja l-vantaġġ b’xutt tajjeb wara cross ta’ Yan Diomande. 

Iżda Elche ma qatgħux qalbhom u komplew jattakkaw. Fit-71 minuta, Abiel Osorio naqqas id-distakk b’daqqa ta’ ras mill-cross ta’ Lucas Cepeda. 

Fit-83 minuta, Fer Nino skorja l-goal tad-draw wara li rċieva l-ballun b’ħafna spazju fil-kaxxa u għeleb lil Thibaut Courtois b’xutt fil-baxx.

Meta deher li l-logħba kienet se tispiċċa fi draw, Carlos Espi skorja fil-ħin miżjud wara kcoss ta’ Mbappe. 

B’din ir-rebħa, Real Madrid telgħu indaqs fil-punti ma’ Barcelona fil-quċċata tal-La Liga, iżda b’partita aktar,  filwaqt li Elche baqgħu fil-qiegħ tal-klassfikia mingħajr rebħa fl-ewwel sitt logħbiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here